Zejtun Town Council : Coat of Arms
Zejtun Coat of Arms
 

Visits:
Notice Board


Bike Hike
Is-Sotto Kumitat Zghazagh u Sport u l-Youth Empowerment Centre fi hdan il-Kunsill Lokali Zejtun ser ikun qed jorganizza Bike Hike ghaz-zghazagh nhar il-Hadd it-2 ta' Dicembru 2007 miz-Zejtun ghaz-Zurrieq.

Niltaqghu fit-8.30am hdejn Gnien San Girgor. Dawk interessati mitluba jikkuntattjaw il-Kunsill Lokali ghal aktar informazzjoni jew jibghat fuq email zejtunyec@gmail.com.
Posted on Friday, November 16, 2007 at 17:40

Weekend Break
Is-Sotto Kumitat ghal Familja fi hdan il-Kunsill Lokali Zejtun ser jorganizza Weekend Break ghal Familja fis-Seabank Hotel bejn il-Gimgha 7 u l-Hadd 9 ta’ Dicembru. Ghal aktar informzzjoni kif ukoll ghal biljetti rrikorru fil-Kunsill.

Posted on Tuesday, November 06, 2007 at 11:03

Aerobics
L-Aerobics li qed jittellghu kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Hamis mis-6.15pm u s-7.15pm gewwa Centru Zghazagh u Sport fi Gnien San Girgor.
Posted on Monday, October 22, 2007 at 17:42

Tahrig fil-Karate
Tahrig fil-Karate b'differenza minn Sensei professjonali ghat-tfal bejn il-5 u l-11 - il sena. 10 sessjonijiet ta' siegha 'l wahda jiswew Lm15.00 u ser ikunu qed isiru kull nhar ta' Erbgha bejn il-5 u s-7.15pm gewwa Centru Zghazagh u Sport fi Gnien San Girgor. It-tfal ikunu maqsumin skond l-eta'. L-ewwel sessjoni ser issir fil-31 t'Ottubru u ser tkun b'xejn halli kemm it-tfal u l-genituri jaraw flimkien x'jinkorpora dan l-isport. Ghal aktar informazzjoni , irrikorru l-ufficcju tal-Kunsill Lokali jew il-Kunsilliera nkarigata Stephanie Fenech fuq 9944 3653.
Posted on Monday, October 22, 2007 at 17:42

Żejt iż-Żejtun
Żejt iż-Żejtun
Il-festa ta’ frott is-siġra taż-żebbuġ

Il-Kunsill Lokali ser ittella’ Żejt iż-Żejtun, ċelebrazzjoni fi żmien meta jinġabar iż-żebbuġ kemm għas-salmura kif ukoll għal għasir. Din ser issir fiċ-Ċentru taż-Żejtun, is-Sibt, 13 ta’ Ottubru, filgħaxija u l-Ħadd filgħodu, l-14 ta’ Ottubru.

Ser ikun hemm għasir taż-żebbuġ u ikun servut ikel tipiku Malti mħawwar biż-żebbuġ u ż-żejt. Dan kollu ser iseħħ f’atmosfera ta’ festa b’għana, żfin folkloristiku, snajja’ u artiġġjanat Malti, kif ukoll defile b’persunaġġi libsin kostumi antiki fiċ-ċentru taż-Żejtun u Triq il-Ħerba li ser tkun mdawla u mżejna, biex iż-żebbuġ jittieħed għall-għasir

Is-Sibt il-kripta tal-Knisja Parrokkjali, li qed tiġi restawrata, ser tkun miftuħa għall-pubbliku u l-Ħadd il-pubbliku jista’ jżur il-kampnari u minn fuq il-bejt jista` japprezza il-veduta mill-għoli

Ser ikun hemm tberik ta’ annimali domestiċi, filwaqt li l-każini tal-baned, l-Għaqda Banda Zejtun u l-għaqda Mużikali Beland ser ikunu miftuħa għall-pubbliku.

L-attivita’ tibda is-Sibt fis-7:00 pm fiċ-Ċentru taż-Żejtun.
Posted on Thursday, October 11, 2007 at 09:15

News Archive
What's On History Comments Information

 

 


  Copyright | Disclaimer | Privacy Policy | Links | Help | FAQ | Gov.mt | DOI | MJHA

Copryright - 2003 - Zejtun Local Council - zejtun.lc@gov.mt
This web-site was designed by Abakus Solutions


Home
. The Locality: History, Geodemographics, Heritage Route, Places of Interest, Public Places, NGO's, Cultural Activities, Infrastructure, Public Transport . Town Council: Mayor & Councillors, Administration, Mission Statement, Youths, Calendar of Events . Contact Us . Links